Il-Prim Ministru Joseph Muscat għadu kemm ltaqa’ ma’ Claudia Faniello, li se tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest.
Fil-preżenza tal-Ministru Owen Bonnici, il-Prim Ministru feraħ lil Faniello u lit-tim kollu tal-PBS. Osserva b’interess il-fatt li kien il-pubbliku li għażel il-kanzunetta rebbieħa din is-sena, u b’ton ċajtier qal li bl-istess mod, in-nies jeleġu Gvern.
Faniello qalet li tinsab preparata biex tirrappreżenta lil Malta fl-Ukrajna.