Il-Prim Ministru Robert Abela attenda għal rapprezentazzjoni simbolika fi Pjazza Kastilja, li saret bħala parti mill-attivitajiet ta’ Pride Week ta’ din is-sena.
Hawnhekk il-Prim Ministru flimkien ma’ diversi nies oħra żammew bandiera kbira 25 metru bil-kuluri tal-qawsalla.
Fuq il-midja soċjali, Dr Abela qal li hawnhekk ġew imfakkra l-kisbiet li għamel pajjiżna fil-qasam tal-LGBTIQ+.
Il-Prim Ministru fakkar kif l-ugwaljanza hi xi ħaġa li rridu naħdmu għaliha kuljum.
Preżenti għal din l-attività kien hemm il-Ministru għall-Ugwaljanza Owen Bonnici.