“L-ewwel kumpless ta’ kura palljattiva f’Malta li qed taħdem fuqu Hospice Malta hu proġett li se jagħmel ħafna ġid. Għalhekk appoġġjajnieh mill-ewwel, f’din is-sħubija li nkludiet ukoll lill-Knisja.”
Qal dan il-Prim Ministru Robert Abela, permezz ta’ kitba fuq Facebook, hekk kif bħalissa għaddejja maratona ġbir ta’ fondi b’risq l-istess fondazzjoni, bit-tema, ‘Bl-imħabba tiegħek naslu’.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Prim Ministru appella li biex issaħħaħ il-ħidma tagħha, l-Hospice qed titlob l-għajnuna ta’ kulħadd, hekk kif din l-għajnuna tagħmel differenza kbira f’ħajjet in-nies.