F’messaġġ waqt riċeviment annwali organizzat mill-Partit Laburista għar-rappreżentanti tal-midja llum waranofsinhar, il-Prim Ministru Robert Abela enfasizza dwar il-bżonn tat-tiftix tal-verità.
Tenna li l-midja prinċipali għandha rwol ċentrali fit-tisħiħ tad-demokrazija u għaldaqstant għandha tinfatam mill-fake news. Dan anke fl-isfond tal-gidba vvintata mill-eks Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kontra s-Segretarju tal-Kabinett Ryan Spagnol.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-riċeviment fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista laqqa’ wkoll lill-korpi kostitwiti. Hawn il-Prim Ministru tenna kif, flimkien mal-Gvern, dawn ħadmu għal għan wieħed biex illum għandna l-akbar tkabbir fl-ekonomija u ntlaħqu ftehimiet kollettivi bla preċedent, fost l-oħrajn.