Kif tħabbar il-Ħadd filgħodu, ilbieraħ filgħaxija l-Prim Ministru ħatar inkjesta skont l-Att ta’ Inkjesti, immexxija mill-avukat Dr. Frank Testa biex tistħarreġ iċ-ċirkostanzi kollha b’rabta mal-allegazzjonijiet irrapurtati fil-gazzetta ‘Maltatoday’ nhar il-Ħadd 26 ta’ Frar, 2017 fl-artiklu intitolat ‘ Gozitans arrested on drug charges changed police statement after political intervention’.
F’dan l-artiklu intqal li żewġt’irġiel Għawdxin mill-Munxar u r-Rabat ingħataw l-opportunità iħassru stqarrija tal-Pulizija fejn ammettew li kienu qed jitraffikaw id-droga, f’każ li jmur lura għall-2013. Dan, skont ir-rapport tal-MaltaToday, bl-intervent ta’ żewġ politiċi.