Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May ser tkun qed tiltaqa’ mal-Kap tal-Opożizzjoni Ingliz Jeremy Corbyn dwar Brexit.
Dan qalitu wara li qalet li trid taħdem mall-Opozizzjoni Laburista sabiex tinstab soluzzjoni għal din is-saga li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar xhur.
Hija qalet li tittama li hi u Corbyn jilħqu ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropeja u li jkun milħuq anke mill-Membri Parlamentari.
Qalet ukoll li mistennija titlob l-Unjoni Ewropeja għall-estensjoni ta’ Brexit. Dan wara aktar minn seba’ siegħat ta’ diskussjonijiet fil-kabinett tagħha.
Sadanittant, Corbyn qal li l-prijoritajiet f’dan kollhu għandhom ikunu d-drittijiet tal-ħaddiema u anke l-Unjoni tad-Dwana.