L-Erbgħa, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson talab apoloġija fil-Parlament dwar il-festin li sar f’Mejju tal-2020, meta r-Renju Unit kienet b’lockdown nazzjonali.
Huwa mifhum li fl-ewwel lockdown nazzjonali fl-Ingilterra, ħaddiema mis-Segretarjat ta’ Boris Johnson u kif ukoll Johnson innifsu u martu attendew għal din l-attività f’Downing Street.
Ta’ min jgħid ukoll li meta sar dan il-festin ma setgħux isiru attivitajiet fejn in-nies jiltaqgħu flimkien.
Fil-Parlament, il-Prim Ministru Johnson qal li ħaseb li l-attività kien waħda marbuta ma’ xogħol.
Waqt seduta parlamentari tal-Erbgħa, il-mexxej Laburista Ingliż Keir Starmer qal lil Johnson sabiex jirrezenja.
Starmer żied jgħid li din l-attività kien waħda ta’ offiża għall-poplu Ingliż.