Il-Prim Ministru Grieg Kyriakos Mitsotakis irringrazzja lil Malta u lill-Prim Ministru Malti Robert Abela tal-għajnuna tagħha waqt in-nirien qawwija li qed jolqtu lil dan il-pajjiż. Dan minħabba t-temp estremi u li qed iħallu impatt dirett f’bosta reġjuni tal-Greċja.
Fuq Twitter, il-Prim Ministru Grieg irringrazzja lil Malta talli bagħtet 20 uffiċjal tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li marru hemmhekk bil-mekkaniżmu tal-protezzjoni ċivili tal-Unjoni Ewropea.
Intant, il-Prim Ministru Malti Robert Abela rreaġixxa għal dan f’kitba fuq Twitter.