L-għada tal-ġurament tal-ħatra, il-ħidma tal-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat tkompli. Dan hekk kif illum żar il-kumpanija Betsson Group, li timpjega aktar minn 1,000 impjegat, fejn iltaqa’ u ħa tazza te mal-ħaddiema.
L-istess kumpanija li skont Simon Busuttil kellha tagħlaq malli jerġa’ jitla’ l-Partit Laburista fil-Gvern.
Il-kumpanija ċaħdet din id-dikjarazzjoni li saret minn Busuttil, u qalet li l-ħsieb tagħha hu li tkompli tkabbar.
Il-Prim Ministru spjega kif hemm żewġ kumpaniji oħra tal-gaming li se jkunu qed jiftħu f’Malta.