Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi Brussell għal Summit tal-Kunsill Ewropew, li qed isir bejn illum u għada.
Fuq l-aġenda tal-mexxejja Ewropej hemm il-gwerrer fil-Lvant Nofsani u fl-Ukrajna.
Il-mexxejja Ewropej se jiddiskutu wkoll ir-reviżjoni f’nofs il-perjodu tal-baġit Ewropew sal-elfejn sebgħa u għoxrin. Dan se jinkludi l-importanza tal-qalba diġitali u ambjentali.
Fuq l-aġenda tal-mexxejja Ewropej hemm ukoll l-isfida tal-migrazzjoni. B’din it-tema ġiet diskussa diġà bejn id-disa’ mexxejja tal-MED 9 u anki fis-Summit informali tal-Kunsill Ewropew li sar fi Spanja, fil-bidu ta’ dan ix-xahar.