Il-Prim Ministru Ġappuniż qal li għandu “fiduċja kbira” f’ Donald Trump u li jemmen li jista’ jibni relazzjoni ta’ fiduċja bejn iż-żewġ pajjiżi.
Shinzo Abe qal dan wara l-ewwel laqgħa li l-President elett tal-Istati Uniti, Donald Trump kellu wiċċ imb’ wiċċ ma’ mexxej ta’ pajjiż min kemm ilu li rebaħ l-elezzjoni tal-ġimgħa li ġħaddiet.
Il-Prim Minisru Ġappuniż iddeskriva wkoll il-laqgħa li kellu ma’ Trump, fir-residenza f’Trump Tower, bħala waħda kordjali b’atmosfera ta’ ħbiberija.
L-Istati Uniti u l-Ġappun kienu alleati ewlenin mill-aħħar tat-Tieni Gwerra Dinjija, meta l-Istati Uniti għenu lil Ġappun jibnu mill-ġdid l-ekonomija tagħhom.