Il-Prim Ministru Ġappuniż Fumio Kishida ma weġġax f’evakwazzjoni ta’ emerġenza waqt attività pubblika.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Jidher li din l-evakwazzjoni ġrat minħabba li xi ħadd waddab bomba tad-duħħan lejh.
Il-Prim Ministru Ġappuniż kien mistenni jagħmel indirizz f’Wakayama iżda minflok, l-attività kellha tintemm bl-arrest ta’ persuna.
Xhieda fuq il-post qalu li raw persuna twaddab din il-bomba tad-duħħan filwaqt li persuna oħra qalet li semgħet splużjoni.
Il-Pulizija Ġappuniża għamlet arrest iżda għalissa qed tirrifjuta li tagħti kumment.