Bl-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju aktar qrib, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela kompla jinżel fost in-nies, din id-darba fil-Baħrija.
Sostna li l-għażla li trid issir fit-8 ta’ Ġunju li ġej dejjem tibqa’ relevanti biex il-poplu jagħżel x’pajjiż irid u x’Ewropa jrid.
Hawnhekk Dr Abela sostna li l-Partit Laburista għandu pjan ċar għa kull lokalità u anke għall-Parlament Ewropew, bil-manifesti li nieda.
Semma kif ħaddieħor qed jara li biex javvanza, lest li jinjora kollox u jattakka lil pajjiżna. Il-Prim Ministru fakkar ukoll kif dan kien il-Gvern li għal sena wara oħra għolla l-pensjonijiet.
Il-Prim Ministru ħeġġeġ biex fl-elezzjonijiet li ġejjin tat-8 ta’ Ġunju, kulħadd joħroġ bi ħġaru u jagħti risposta bis-saħħa permezz tal-vot