Ftit jiem ‘il bogħod mill-Milied, l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż taw l-awgurju lil xulxin għal dawn iż-żminijiet ta’ festi.
Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien ma’ martu Lydia Abela u binthom Giorgia Mae żaru l-Palazz tal-President f’Sant’Anton sabiex jawguraw l-isbaħ xewqat għall-Milied u sena ġdida lill-President ta’ Malta George Vella u lil martu Miriam Vella.
L-Isfqijiet ta’ Malta wkoll laqgħu lill-pubbliku fil-Kurja, fejn in-nies hawnhekk waslu l-awgurju tagħhom għall-Milied u sena ġdida lill-mexxejja tal-Knisja Kattolika f’Malta.
Il-familja Abela, flimkien ma’ membri tal-Kabinett f’isem il-Gvern ukoll kienu fost dawk li awguraw lill-Isfqijiet għal dawn il-festi.