Il-Prim Ministru Robert Abela għadu kif wasal fi Brussell sabiex jattendi għall-Kunsill tal-mexxejja Ewropej fi Brussell.
The discussion at the @EUCouncil today will focus on #ClimateChange, the #European budget, the #EU‘s southern neighborhood & Covid-19 vaccine. We will continue to work tirelessly to deliver where it matters – RA pic.twitter.com/XU9chNo4h4
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) December 10, 2020
Dwar it-tibdil fil-klima, fis-summit mistenni jiġi diskuss il-pjan tal-Kummissjoni Ewropea, dak tal-Green Deal, li sal-2050 il-kontinent Ewropew għandu mira li jkun ħieles mill-karbonju.
Fuq l-aġenda wkoll hemm temi oħra bħal Covid-19 b’mod partikolari dwar l-istrateġiji għat-tilqim u anke r-relazzjonjiet ma’ pajjiżi oħra lil hinn mill-Unjoni Ewropea.
Għada, il-Ġimgħa, is-summit mistenni jkun Euro summit, laqgħa li matulha l-Mexxeja Ewropej tal-pajjiżi fiż-żona Ewro, se jiddiskutu l-qagħda ekonomika tal-pajjiżi rispettivi tagħhom.
Dwar l-aħħar żviluppi fuq ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, il-mexxejja Ewropej mhux se jkunu qed jitkellmu dwar dan, iżda l-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola von der Leyen se tkun qed tagħti l-aħħar dettalji fin-negozjati.