Il-Prim Ministru Joseph Muscat laqa’ lill-Prim Ministru Libyan, Fayez al-Sarraj f’Kastilja waqt iż-żjara li qed jagħmel f’pajjiżna.
Waqt il-ftuħ tal-laqgħa tagħhom flimkien il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li din hija opportunità tajba sabiex iż-żewġ pajjiżi jiddiskutu problemi komuni li qed jolqtu ż-żewġ pajjiżi bħall-immigrazzjoni.
Il-Prim Ministru Libyan Fayez al-Sarraj irringrazzja lil pajjiżna tas-sapport li ta lil-Libya.
Stqarr li f’pajjiżhom fadal problemi kbar madankollu saru avvanzi kbar ukoll. Huwa qabel li din se tkun opportunità tajba sabiex jiddiskutu l-immigrazzjoni u l-kisbiet li saru kontra din il-problema. Dan filwaqt li jħarsu ‘l quddiem lejn iktar kisbiet ekonomiċi bejn il-pajjiżi.