Il-Prim Ministru Joseph Muscat laqa’ lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista għall-ewwel darba.
Il-Prim Ministru wera t-tama li fil-futur jaħdem flimkien mal-Oppożizzjoni b’sinerġija fl-interess tal-pajjiż.
Irrikonoxxa li se jkun hemm nuqqas ta’ qbil riżultat ta’ prinċipji differenti, però ttama li dan ma jxekkilx diskussjonijiet nazzjonali fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi.