Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat ħa sehem f’laqgħa f’Lisbona, l-Portugal ma’ Mexxeja ta’ Partiti Soċjal-Demokratiċi waqt li kien għaddej il-Kunsill tal-Partit Soċjalista Ewropew (PES).
Waqt il-laqgħa ġiet diskussa l-Unità Monitarja u ekonomika anke bi preparazzjoni għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Mexxeja Ewropej fi Brusell akar tard dan ix-xahar.