Il-Prim Ministru Joseph Muscat ma eskludiex li tissejjaħ inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia hekk kif jintemmu l-investigazzjonijiet tal-pulizija u l-inkjesta maġisterajli mmexxija mill-Maġistrat Neville Camilleri.
Il-Prim Ministru Muscat qal dan f’laqgħa ta’ madwar siegħa u nofs li kellu f’Kastilja ma’ rappreżentati ta’ ħmaes għaqdiet internazzjonali dwar il-libertà tal-istampa li sejħu għal inkjesta pubblika.
Saħaq ukoll li l-investigazzjonijiet li qed isiru bħalissa, kemm dawk tal-Pulizija u kemm dawk tal-Maġistrat, qed jitħallew fil-libertà kollha, mingħajr indħil u bir-riżorsi kollha disponibbli sabiex jieħdu liema direzzjoni jridu fl-investigzzjonijiet tagħhom.
Il-Prim Ministru Muscat qal li wara l-arresti li saru f’Diċembru li għadda, skatta l-mekkaniżmu tal-ġustizzja kollha u semma kif huwa ried joqgħod attent li ma jippreġudikax il-każ fil-Qorti.
Dwar l-istituzzjonijiet f’pajjiżna, il-Prim Ministru Muscat sostna li l-Maġistrat inkwirenti huwa parti minn istituzzjoni awtonoma mill-Gvern li jmexxi.
F’kummenti lill-ġurnalisti fi tmiem il-laqgħa, l-attivisti apprezzaw il-fatt li l-Prim Ministru sema’ dak li riedu jgħidu.
“We did appreciate that he took the time, a full hour and a half, to discuss with us these issues. Frankly, not just written statements and we did appreciate that. We hope that this will be the start of a more positive dialogue with the Maltese authorities”.
Huma faħħru wkoll id-diversi riformi u inizjattivi li ħa dan il-gvern ħa sabiex isaħħaħ il-libertà tal-espressjoni:
“The decriminalisation of defemation, the improvements in the media law are real improvements”.
Fi kliemhom, il-Prim Ministru ħeġġeġ lill-attivisti sabiex kemm idumu hawn, jiltaqgħu ma’ diversi ġurnalisti.
“I think we were heartened again, by the conversation that we had but we’re going to wait and see. He also urged us to speak with as many journalists as we can which is exactly what we’re here”.
Il-ġurnalisti tennew li se jkomplu jaħdmu id f’id mal-gvern sabiex fl-aħħar issir ġustizzja f’dan il-każ.
“The very positive attitude today of long conversations with us to continue the relation with the Government until justice is done”.
F’kummenti li ta lill-midja, il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li l-gvern m’huwiex kontra li jsir mafkar għal Daphne Caruana Galizia imma trid tiġi segwita l-liġi u jittieħdu l-permessi meħtieġa.