Il-Prim Ministru Joseph Muscat qed imexxi delegazzjoni fl-Istati Uniti fejn se jkollu diskussjonijiet ma’ diversi kumpaniji u decision–makers f’ setturi importanti.
Iż-żjara se tiffoka fuq il-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji.
Id-delegazzjoni tinkludi lill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, iċ-Chairman tal-MFSA Joseph Bannister, u d-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali Sandro Demarco.