Fi Brussell, il-Prim Ministru Robert Abela qed jieħu sehem fl-ewwel Summit li qatt sar bejn il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea u dawk tal-pajjiżi membri tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tal-Asja tax-Xlokk, l-ASEAN.
Din il-laqgħa għolja saret biex tikkommemora 45 sena ta’ relazzjonijiet diplomatiċi bejn iż-żewġ naħat, u kkopresedewha l-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel, u l-President tal-ASEAN għall-2022, il-Prim Ministru tal-Kambodja Hun Sen.
Din il-laqgħa se sservi biex jiġi kkonfermat mill-ġdid l-impenn tal-UE u tal-Istati Membri tagħha lejn is-sħubija strateġika mal-ASEAN.
Iż-żewġ naħat mistennija jesprimu l-impenn komuni tagħhom lejn l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli, ir-rispett għad-dritt internazzjonali, u l-promozzjoni ta’ multilateraliżmu effettiv. Fost il-materji fuq l-aġenda hemm ukoll il‑konnettività, il-qalba għal enerġija nadifa u ġust,il-kummerċ, u t-tranżizzjoni diġitali. Fi Brussell,il-PrimMinistru huwa akkumpanjat mid-deputat Edward Zammit Lewis.