Ilbieraħ filgħaxija ġie pajjiżna l-Prim Ministru tal-Filandja Juha Sipila.
Il-Prim Ministru Finlandiż kellu ‘working dinner’ mal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Villa Francia f’Ħal Lija.
L-ikla saret sabiex il-Prim Ministru Malti flimkien mal-Prim Ministru Filandiz iddiskutew il-Presidenza Filandiza, hekk kif f’Lulju tal-2019 il-Filandja se tieħu f’idejja l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Huma iddiskutew l-prijoritiet li fuqhom se timxi l-Presidenza filandiza. Fosthom l-immigrazzjoni, is-sitwazzjoni fil-Libja u l-Meditteran, tibdil fil-klima u l-uzu tat-teknoloġija.