Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi triqtu lejn il-belt kapitali tal-Albanija, Tirana, fejn matul il-jum tat-Tlieta se jieħu sehem f’Summit bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, jiġifieri l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo, il-Maċedonja ta’ Fuq, u s-Serbja.
Din hija l-ewwel laqgħa għolja bejn iż-żewġ naħat li se ssir fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent, u għandha l-għan li ssaħħaħ ir-rabtiet bejn iż-żewġ naħat.
Fil-kuntest tal-qagħda fl-Ukrajna, il-mexxejja se jiddiskutu primarjament il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi minħabba l-isfidi komuni li qed jaffaċċjaw kawża tal-gwerra.
Dan is-Summit se jiddiskuti wkoll il-migrazzjoni u hawnhekk il-mexxejja mistennija jiddiskutu dwar il-kooperazzjoni fir-rigward tas-sistemi ta’ ritorn.
Il-mexxejja se jagħtu ħarsa wkoll il-progress li sar lejn l-integrazzjoni tal-Balkani tal-Punentn mas-suq intern tal-Unjoni Ewropea, fost affarijiet oħra.
F’din tmiem din il-Laqgħa Għolja, il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea u tal-Balkani tal-Punent mistennija joħorġu dikjarazzjoni.
In Tirana for the EU-Western Balkans Summit. Discussions to focus on deepening political & policy engagement, impact of the war in Ukraine, security & migration. – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) December 6, 2022