Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi triqtu lejn il-kapitali tal-Iżlanda, Rejkavik, għal Summit tal-Kunsill tal-Ewropa.
Dan is-Summit se jlaqqa’ l-mexxejja tas-46 pajjiż membru tal-Kunsill tal-Ewropa, organizzjoni internazzjonali li twaqqfet wara t-Tieni Gwerra Dinjija biex tippromwovi u tħares id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, u s-saltna tad-Dritt fl-Ewropa.
Dan huwa r-raba’ Summit tal-Kunsill tal-Ewropa f’74 sena, kemm ilha mwaqqfa din l-organizazzjoni. Din il-laqgħa għolja mistennija tirriafferma l-valuri u l-ideali tal-Kunsill.
It-tema prinċipali ta’ din il-laqgħa se tkun il-gwerra fl-Ukrajna, u preżenti se jkun hemm ukoll il-President Ukren, Volodymr Zelensky.