Dalgħodu fil-plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu se tiġi diskussa l-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li għadha kif intemmet ftit tal-jiem ilu.
Fil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea mistennija jgħaddu diversi rimarki dwar kif l-iżgħar stat membru assuma r-responsabilita’ tal-Presidenza.
Sa issa kienu d-diversi kummenti pożittivi li saru dwar Malta li mexxiet ‘il quddiem numru ta’ kwistjonijiet li jew ġew magħluqa jew għad iridu jingħalqu mill-Estonja li issa għandha f’idejha l-Presidenza.
Fuq quddiem nett jibqgħu jissemmew kisbiet bħat-tneħħija tat-tariffi tar-roaming u leġislazzjoni importanti biex l-istati membri jkunu marbuta ma’ regoli dwar l-effiċjenza fl-enerġija.