Fi New York, l-Istati Uniti, il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jattendi għat-tnejn u sebgħin sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda fejn aktar minn mija u disgħin pajjiż se jingħaqdu f’diskussjonijiet dwar temi ta’ importanza globali.
Flimkien mal-Prim Ministru, fid-diversi impenji li jġib miegħu dan l-avveniment, se jkun hemm il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela u ċ-chairman tal-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Edward Zammit Lewis.