Illum fi Brussell, il-Prim Ministru Robert Abela se jkun qed jieħu sehem fl-aħħar Summit tal-Kunsill Ewropew. Dan huwa l-ewwel Summit bejn il-mexxejja Ewropew li se jkun immexxi mill-President il-ġdid tal-Kunsill, Antonio Costa, li t-terminu tiegħu beda fil-bidu ta’ dan ix-xahar.
Fuq l-aġenda tal-mexxejja Ewropej hemm fost oħrajn il-gwerer fl-Ukrajna u l-Lvant Nofsani. Għal din il-laqgħa se jkun qed jingħaqad mal-mexxejja Ewropej, il-President Ukren Volodymr Zelensky.
Dwar il-Lvant, il-mexxejja Ewropej se jiddiskutu wkoll l-aħħar żviluppi fis-Sirja wara li waqgħa tal-Gvern ta’ Bashar al-Assad.
Dan il-Kunsill Ewropew se jiddiskuti wkoll ir-relazzjonijiet tal-Unjoni ma’ pajjiżi bħar-Renju Unit u l-Istati Uniti. Dan hekk kif f’dan tal-aħħar, mix-xahar id-dieħel tibda Presidenza ġdida, dik ta’ Donald Trump.