Il-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab fi Brussell għal summit ta’ jumejn mal-Mexxejja Ewropej.
Meta mistoqsi minn ġurnalisti t’aġenziji tal-aħbarijiet internazzjonali mal-wasla tiegħu fil-Parlament Ewropew, il-Prim Ministru Malti reġà tenna l-bżonn li pajjiżna jingħaqad f’mument tant delikat, u sostna mal-ġurnalisti li mhux se jistrieħ qabel ma jinkixfu l-imħuħ wara d-delitt u l-każ ikun solvut.
Fakkar ukoll kif l-investigaturi qed jingħataw ir-riżorsi meħtieġa biex isolvu dan il-qtil, u qal li d-delitt tal-blogger Daphne Caruana Galizia m’affetwax biss lill-familjari tagħha, iżda ħalla marka wkoll fuq il-pajjiż.
Tistgħu ssegwu l-kummenti tiegħu hawnhekk.