Il-Prim Ministru Malti Robert Abela se jħalli Malta għal Brussell hekk kif se jattendi għal Summit tal-Kunsill Ewropew.
F’dan is-summit ta’ jumejn, fuq l-aġenda tal-mexxejja Ewropew hemm l-immigrazzjoni u l-irkupru tal-pandemija, fost oħrajn.
Dan is-summit li mistenni jibda l-Ħamis waranofsinhar, se jkun qed jkun qed jiddiskuti l-problema tal-pandemija. Hawnhekk, il-mexxejja Ewropew se jiddiskutu s-sitwazzjoni ta’ diversi rotot tal-immigrazzjoni, bl-għan aħħari jkun li tonqos il-pressjoni mal-fruntiera tal-Unjoni Ewropea.
Qabel dan is-summit il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel qal li jrid ikun hemm azzjoni konkreta li se twassal għal riżultati malajr.
F’Settembru li għadda, il-Kummissjoni Ewropea ħabbret patt ġdid dwar l-immigrazzjoni, bil-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen qalet li l-Unjon Ewropea qalet li l-pajjiżi milquta mill-immigrazzjoni għandhom iserrħu fuq is-solidarjetà Ewropea.
Suġġett ieħor fuq l-aġenda tal-mexxejja Ewropew hija l-pandemija, fejn se jkunu qed jiddiskutu ċ-ċertifikat tal-vaċċin li dan se jwassal sabiex jiffaċilita l-moviment ħieles taċ-ċittadini fl-Unjoni Ewropea.
Fil-bidu ta’ dan is-summit se jkun qed jieħu sehem is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, Antonio Guterres, fejn hawnhekk se jkunu diskussa l-isfidi globali.
F’dan is-summit tal-Kunsill Ewropew, is-27 mexxej tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea se jiddiskutu r-relazzjonijiet mar-Russja. L-Unjoni Ewropea se tkun qed tieħu l-pożizzjoni tagħha dwar is-sitwazzjoni fil-Libja.
Matul il-jum tal-Ġimgħa, il-mexxejja Ewropew se jitkellmu fuq il-pjan ta’ rkupru ekonomiku tal-Unjoni Ewropea, f’dak imsejjaħ bħala ‘Next Generation EU’.
Waqt din iż-żjara barra minn xtutna, il-Prim Ministru Robert Abela se jkun qed jieħu sehem ukoll f’laqgħa bejn il-mexxejja Soċjalisti Ewropej.