Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi Brussell għal-laqgħa għolja bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Amerika Latina u tal-Karibew.
Dan huwa t-tielet summit li qed isir bejn dawn il-pajjiżi, bit-tnejn l-oħra saru fl-2013 u fl-2015. Li jfisser li dan is-summit qiegħed jitlaqqa’ għall-ewwel darba wara tmien snin.
Dan is-summit għandu l-għan li jkompli jsaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn dawn iż-żewġ pajjiżi, fosthom anki biex jaħdmu flimkien biex issir it-tranżizzjoni ħadra u diġitali.
Preżenti għal dan is-Summit hemm il-mexxejja minn dawn il-pajjiżi, anki l-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropej Josep Borrell.