Il-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab fi Brussell fejn aktar tard se jattendi għal-laqgħa tal-mexxejja tal-Grupp tas-Soċjalisti Ewropej.
Dan hekk kif f’dan is-Summit Ewropew mistenni jiskatta l-proċess biex jintagħżel min se jmexxi l-istituzzjonijiet Ewropej fil-ħames snin li ġejjin.
In-negozjati mistennija jibdew qabel is-Summit meta jasal il-President Franċiż, Emmanuel Macron.
Il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, stqarr li qed jittama li fis-Summit tal-lum, il-mexxejja Ewropej jaslu għal xi forma ta’ deċiżjoni, għalkemm ftit hemm tama li minn dan il-Kunsill Ewropew ikun hemm qbil dwar l-ismijiet.