Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela hu fdat ferm aktar mill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech.
Dan ħareġ minn stħarriġ tal-opinjoni pubblika, li sar fl-ewwel ġimgħa ta’ dan ix-xahar u ħadu sehem elf persuna, li sar mill-Professur Vincent Marmara.
Minn dan l-istħarriġ ħareġ li l-Mexxej Laburista hu fdat minn 36% tal-elettorat, waqt li 24% għażlu lill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech.
Dan ifisser distakk ta’ 12% fil-fiduċja bejn il-mexxejja Maltin.
Sadanittant, l-istess stħarriġ staqsa wkoll li kieku ssir elezzjoni ġenerali għada n-nies lil min jivvotaw. Hawhekk ħareġ li aktar minn 48% tal-elettorat jivvota lill-Partit Laburista, waqt li ftit aktar minn 44% jivvotaw lill-Partit Nazzjonalista.
L-istatisitiku spjega li f’każ t’elezzjoni ġenerali għadda, in-numri juru l-turnout ikun ta’ madwar 80% u d-distakk hu ta’ madwar 12,000 vot favur il-Partit Laburista.
Minn dan l-istħarriġ, bħal oħrajn preċedenti, jinnota kif ftit aktar minn 15% ta’ dawk li ħadu sehem f’dan l-istħarriġ qalu li ma jafux lil min se jivvotaw.