Il-Premju Nobel għall-Paċi ta’ din is-sena ngħata lill-Prim Ministru Etijopjan, Abiy Ahmed. Huwa ngħata dan il-premju prestiġġjuż għall-isforzi tiegħu biex tinkiseb il-paċi bejn l-Etipoja u l-Eritrea.
Il-ftehim ta’ paċi bejn iż-żewġ pajjiżi ntemm wara 20 sena ta’ kunflitti militari dwar il-fruntiera.
Total ta’ 301 kandidati kienu nnominati għal dan il-premju, inkluż 223 persuna u 78 organizzazzjoni. Il-Prim Ministru Ahmed ġie msemmi bħala r-rebbieħ tal-100 premju Nobel għall-Paċi f’Oslo, fejn se jirċievi l-premju f’Diċembru li ġej.
Ritratt: Reuters