Fil-Parlament il-Prim Ministru tkellem dwar il-barranin li hawn jaħdmu f’Malta.
Fakkar li l-immigrazzjoni illegali lejn pajjiżna waqfet, u li dan huwa fenomenu li jista’ jerġa’ jiffaċċja f’kull ħin.
Mill-31,000 barrani, 23,000 ġejjin mill-Unjoni Ewropea, qal il-Prim Ministru, filwaqt li qal li huwa importanti wieħed jiftakar x’inhuma l-fatti.
Jigifieri il-barranin huma jew Ewropej li għandhom dritt ikunu hawn, jew nies minn barra l-UE li jidħlu b’ mod legali jew li kienu daħlu qabel. Dawk li jahdmu f’ setturi speċjalizzati u jħallsu l-flus.
Ikun hemm min jgħidlek, qal il-Prim Ministru, il minhabba fihom togħla l-kera. Iżda minħabba fihom qed ikollu aktar xogħol il-ħanut li tahdem miegħu, u hawn aktar bejgħ.
Hawn dawk li qed jiġu biex jagħmlu xogħol li m’hawnx bizzejjed Maltin biex jagħmluh, bħal servizzi finanzjarji. Hemm ukoll dawk li qed jagħmlu xogħol li Maltin m’ għadhomx iridu jagħmluh, bħal gbir tal-iskart u bini.
Imbagħad hemm dawk abbużati, li jimminaw id-drittijiet ta’ ħaddiema. Fuq dawn, il-Gvern qed jaġixxi. Għalhekk ukoll hawn konsultazzjoni dwar it-trattament indaqs tal-ħaddiema.
Pajjizna, sostna l-Prim Ministru, għandu jkun kburi li jagħti xogħol lil barranin, mhux post minn fejn il-poplu jitlaq biex isib xogħol barra
Bzonn ta’ soċjetà kosmopolita
Ir-razziżmu, qal Joseph Muscat, mhux tollerat, iżda mhux jekk titkellem tkun razzist. Qal li lin-nies tal-Marsa jifimhom, u jinsisti għal aktar patrols mall-pulizija.
Madanakollu qal li hemm bżonn inkunu iebsa ma’ min jabbuża minn dawn il-persuni.