Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson saħaq li mill-evidenza juri li r-Russja qed tippjana l-akbar gwerra fl-Ewropa mit-Tieni Gwerra Dinjija.
L-aħħar estimi tal-Gvern Amerikan juru li hemm mal-180,000 truppi Russi li huma stazzjonati tul il-fruntiera tal-Ukrajna.
Huwa qal li r-Renju Unit iwiegħed iktar appoġġ għall-Ukrajna.
Il-Prim Ministru Boris Johnson qal dan wara li ltaqa’ mal-President Ukren, Volodimir Zelenskyy u qal lill-mexxejja dinjija li kull invażjoni mir-Russja se toħloq eku madwar id-dinja.