Il-Prim Ministru Robert Abela ressaq żewġ mozzjonijiet biex il-Parlament ikun jista’ jivvota għall-ħatra ta’ Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika u ta’ Ombudsman.
Dan tħabbar fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Ġimgħa waranofsinhar.
Fl-istqarrija ntqal li għall-irwol ta’ Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, il-Prim Ministru qed jinnomina lill-Prim Imħallef Emeritu Dr Joseph Azzopardi. Filwaqt li għall-irwol ta’ ombudsman, il-Prim Ministru Robert Abela qed jinnomina lill-Imħallef Emeritu Dr Joseph Zammit McKeon.
Fl-istqarrija ntqal li l-Prim Ministru Robert Abela jemmen li ż-żewġ eks ġudikanti għandhom il-kwalifiki, l-esperjenza, l-integrità u l-ħiliet meħtieġa biex iservu f’dawn iż-żewġ rwoli.
Intqal li dan saħansitra kkonfermah il-Kap tal-Oppożizzjoni nnifsu li mhux biss inizjalment qabel man-nomini, hekk kif qed jiġu ppreżentanti fiż-żewġ mozzjonijiet, iżda reġa’ indika li lest jaċċetta li l-eks Prim Imħallef jista’ jservi f’kariga kostituzzjonali.
AQRA WKOLL: