Il-Prim Ministru Joseph Muscat se jiftaħ libell fil-konfront ta’ Matthew Caruana Galizia, dan wara li tal-aħħar ivvinta storja dwaru u ta dan il-Prim Ministru qal li se “jkollu jerfa’ r-reponsabbiltà.”
“Is-Sur Caruana Galizia għoġbu jallega li jien ħadt xi flus u ivvinta storja li imbagħad ammetta li m’għandux provi tagħha, iżda se jkollu jerfa’ r-responsabbiltà tagħha. Jien dawn l-affarijiet mhux se naċċettahom,” spjega l-Prim Ministru.
Il-Mexxej Laburista tenna li min se jitla fil-Gvern fit-3 ta’ Ġunju se jkollu biċċa xogħol iebsa minħabba l-ħsara enormi li l-Partit Nazzjonalista qed jagħmel biex jieħu vantaġġ politiku, iżda Joseph Muscat qal li b’dawn l-attakki insensati qed issir ħsara lill-pajjiż.
Dawn m’humiex l-uniku allegazzjonijiet li l-Partit Nazzjonalista għamel, fil-fatt il-Prim MInistru serraħ moħħ kulħadd li ma għandu ebda interess f’xi kumpanija tal-moda kif qed jiġi allegat u li l-unika dar li għandu hija waħda, “dik dikjarata fid-dikjarazzjoni tal-assi.”