Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi Vjenna fejn se jkun qed jieħu sehem fil-konsultazzjoni dwar l-aġenda strateġika għall-blokk Ewropew.
Flimkien ma’ Malta, se jkun hemm ħames mexxejja oħrajn Ewropej, li huma dawk ta’ Ċipru, tad-Danimarka, tal-Latvja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja.
Din il-konsultazzjoni qed issir fuq inizjattiva tal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel u li qed isiru fi gruppi bejn il-mexxejja Ewropej.
F’dawn il-laqgħat mistennija jiġu diskussi fid-dettall il-prijoritajiet li l-blokk Ewropew irid jaħdem fuqhom għall-ħames snin li ġejjin. Dan anke biex l-Unjoni Ewropea jkollha politika demokratika aktar b’saħħitha favur iċ-ċittadini Ewropej.
Aktar laqgħat ta’ konsultazzjoni se jsiru matul dan ix-xahar, fir-Rumanija, fil-Polonja u fil-Litwanja.