Il-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħa mal-Prim Ministru tal-Etijopja, Abiy Ahmed Ali.
Dan fil-marġini tal-Konferenza internazzjonali f’Ruma dwar l-iżvilupp u l-immigrazzjoni, li qed isir illum.
Fuq Twitter, il-Prim Ministru fakkar li ftit tax-xhur ilu ġie ffirmat ftehim ma’ dan il-pajjiż, f’Malta, dwar aktar koperazzjoni dwar l-ajru.
Dr Abela qal li huwa jħares ’il quddiem għal aktar koperazzjoni speċjalment dwar il-kummerċ u l-ekonomija.
Huwa temm jgħid li l-Etijopja hija msieħeb importanti fl-Afrika.