Il-Prim Ministru b’laqgħa mal-Prim Ministru Libjan
Il-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħa mal-Prim Ministru Libjan Abdul Hamid Dbeibah.
Dan fil-marġini tal-Konferenza internazzjonali f’Ruma dwar l-iżvilupp u l-immigrazzjoni, li qed isir illum.
Fuq Twitter, Dr Abela qal li din il-laqgħa bilaterali saret wara l-aħħar laqgħa li kien hemm bejn iż-żewġ mexxejja x-xahar li għadda.
Qal li ż-żewġ pajjiżi huma impenjati biex jaħdmu fuq l-interkonnessjonijiet tal-enerġija, waqt li tissaħħaħ ukoll il-koperazzjoni ekonomika.
Dr Abela sostna wkoll li l-ġlieda kontra t-traffikar uman tibqa’ ta’ prijorità.
Following up on our last meeting in Tripoli, in the margins of the migration & development Conference. With 🇱🇾 we remain committed to work on furthering on our energy interconnections, to strengthen our economic cooperation. Fighting human trafficking also remains a priority.-RA pic.twitter.com/18RegwdAKL
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) July 23, 2023