Dalgħodu, il-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħa bilaterali mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, fuq il-vapur ta’ Għawdex.
Dan waqt li ż-żewġ mexxejja jinsabu fi triqthom lejn I-gżira Għawdxija sabiex iżuru l-iskola primarja tan-Nadur, li qed tiġi ġġenerata b’fondi Ewropej.
Fuq il-midja soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela qal li kellu laqgħa pożittiva ferm.
Qal li t-taħdidiet kienu dwar l-ekonomija, l-enerġija u l-migrazzjoni.
Dr Abela tenna dwar l-importanza tal-koperazzjoni bejn il-pajjiżi li jinsabu fir-reġjun tal-Mediterran.
Preżenti mal-Prim Ministru kien hemm il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u l-Kap tas-Segretarjat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Glenn Micallef.
Positive meeting with @vonderleyen on our way to Gozo. Our discussions primarily revolved on economy, energy & migration. Today holds special significance for 🇲🇹 as we host the MED9. Cooperation is key to ensure that the realities of the Med region are taken into account. – RA pic.twitter.com/vHne6eMjMe
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) September 29, 2023