Wara l-laqgħa li kellu mal-Prim Ministru Libjan, fi Tripli, il-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħa wkoll mal-President tal-Kunsill Presidenzjali Libjan, Mohamed al-Menfi.
Il-Prim Ministru nnota r-rwol importanti li għandu l-Kunsill favur Libja aktar b’saħħitha u sostna li Malta tibqa’ tappoġġja l-proċess favur aktar stabbiltà fil-Libja, li tgħin ukoll lir-reġjun tal-Mediterran.
Ġew diskussi wkoll ir-relazzjonijiet b’saħħithom bejn iż-żewġ pajjiżi u kif dawn jistgħu jkomplu jissaħħu b’aktar koperazzjoni f’oqsma, bħall-kummerċ, l-enerġija u l-marittimu.