Fil-marġini tas-Summit speċjali tal-Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħa mal-Prim Ministru Spanjol Pedro Sánchez.
Iż-żewġ mexxejja ddiskutew is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani, b’mod partikolari il-kriżi umanitarja fl-Istrixxa ta’ Gaza u l-importanza tal-waqfien mill-ġlied immedjat b’mod permanenti. Dan flimkien mal-ħelsien ta’ ostaġġi maqbuda mill-grupp Ħamas f’Ottubru li għadda.
Dan bil-għan għal aktar stabbiltà fir-reġjun tal-Mediterran.
Fis-Summit tal-Kunsill Ewropew li għadda li sar ix-xahar li għadda, Malta u Spanja kienu fost erba’ pajjiżi Ewropej li qablu li s-soluzzjoni ta’ żewġ stati hi kruċjali għall-paċi fil-Lvant Nofsani.
Started the day by meeting my friend @sanchezcastejon on current issues in the Middle East. From fostering peace to prioritising humanitarian aid, stability remains paramount for our Mediterranean region. – RA pic.twitter.com/GjCAzV17eJ
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) April 18, 2024