F’Dar Malta fi Brussell, il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat kellu laqgħa bilaterali flimkien mal-Prim Minsitru tal-Libja, Fayez Al Sarraj.
Dan hekk kif matul din il-laqgħa ġew diskussi kemm ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Libja kif ukoll temi relatati mal-Mediterrajn ftit sigħat qabel ma jingħata bidu għall-laqgħa għolja mal-mexxejja Ewropej fejn fiha se jiġi diskuss l-immigrazzjoni fil-Mediterran.
Dan fid-dawl tal-qbil tal-‘Valletta Declaration” li sar waqt is-summit fil-Belt Valletta lura f’Marzu.
Ritratt: DOI – Jason Borg