Il-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab fi żjara uffiċjali f’Betlem. Huwa jinsab f’Betlem fuq stedina tal-President Palestinjan Mahmoud Abbas.
F’Betlem, il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu laqgħat flimkien mal-President Abbas u l-Prim Ministru tal-Palestina Mohammad Shtayyeh.
Muscat kien mistieden ukoll għal quddiesa ta’ nofs il-lejl fil-Knisja tan-Nattività, flimkien ma’ diversi mexxejja oħra minn madwar id-dinja.
Il-Prim Ministru Muscat kien akkumpanjat ukoll mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela.