Mat-Times of Malta barra l-Parlament, il-Prim Ministru Robert Abela stabilixxa l-fatti dwar l-impjieg tal-mara tal-Ministru Clayton Bartolo.
Irrimarka kif kien hu li ttermina l-impjieg tagħha iktar minn tliet snin ilu.
“Id-deċiżjoni li mhux l-allowance jew mhux il-promotion li kienet ingħatat l-individwa inkwistjoni imma l-impjieg sħiħ, li tieqaf, li jiġi tterminat iktar minn tliet snin ilu, ħadtha jiena. Jiġifieri jiena ma qatt nistenna ebda rapport tal-Kummissarju għall-Istandards biex jiġi tterminat u jagħti d-deċiżjoni tiegħu iżda ħadt id-deċiżjoni tiegħi snin ilu.”
Il-Prim Ministru nnota l-ispin tal-Oppożizzjoni u saħaq li llum il-persuna inkwistjoni ilha ma taħdimx mal-Gvern għal aktar minn tliet snin ilu.
Amanda Muscat ilha ma taħdem mal-Gvern minn dakinhar. L-individwa inkwistjoni ma taħdimx mal-Gvern ta’ Malta.”
Il-Prim Ministru spjega wkoll mat-Times dak li qal il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika u dak li ma qalx, fejn l-Oppożizzjoni qed tipprova tagħti l-impressjoni li ngħata impjieg fantażma meta ma hux il-każ.
“Mhuwiex każ ta’ phantom job u għalhekk illi nagħmel distinzjoni minn każijiet preċedenti għaliex ir-rapport innifsu jgħid illi l-individwa inkwistjoni x-xogħol, is-sigħat tax-xogħol għamlithom.”
Dwar dan il-każ, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika talab għal reviżjoni tal-manwal li abbażi tiegħu sar l-ingaġġ.
“Il-kwistjoni li wasal għaliha l-Kummissarju għall-Istandards kienet illi x-xogħol li kienet qiegħda tagħmel fuq il-post tax-xogħol tagħha fi ħdan il-Gvern ta’ Malta kien ta’ kariga iżda l-ħlas kien jirrifletti kemmxejn ogħla minn dak li kienet qed tagħti s-servizz tagħha u hemm hekk fejn il-Kummissarju għall-Istandards sab illi kien hemm ksur tal-kodiċi filwaqt illi l-ingaġġ sar ukoll skont il-manwal illi jirregola l-ingaġġ jiġifieri hemmhekk ukoll tant kemm il-Kummissarju sab illi l-ingaġġ, l-impjieg tagħha sar skont il-manwal illi rrakkomanda li għandu jkun hemm reviżjoni tal-istess manwal.”
It-Times staqsiet ukoll dwar il-fatt li Jason Azzopardi qed jidher għall-eks Supretendent Maurice Curmi li kien instab pożittiv għall-kokaina.
Ir-risposta tal-Prim Ministru kienet ċara.
“Naħseb li l-inqas li għandhom jikkummentaw fuq dan il-każ huma Jason Azzopardi u Maurice Curmi.”