Il-Prim Ministru Armen Nikol Pashin-yan injora l-appelli tad-demostranti biex jirreżenja fuq il-ftehim dwar il-waqfien mill-ġlied f’Nagorno Karabakh.
Wara pressjoni mill-Oppożizzjoni, il-Parlament Armen se jkun qed jiltaqa’ b’urġenza biex jiddiskuti dwar il-futur politiku ta’ Pashin-yan.
Skont il-ftehim li nnegozjat ir-Russja, l-Ażerbajġan se żżom iż-żoni Armeni li ħatfu l-forzi Ażerbajġani taħt idejhom. Filwaqt li mijiet ta’ gwardjani Russi jinsabu fiż-żona tal-kunflitt sabiex jassiguraw il-paċi fir-reġjun ta’ Nagorno Karabakh.
Intant, fil-jum tal-Erbgħa, il-President Tork qal li t-Turkija ffirmat ftehim mar-Russja dwar forzi konġunti sabiex flimkien jissorveljaw iż-żamma tal-ftehim ta’ paċi bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan.