Tard it-Tlieta filgħaxija il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat tkellem mal-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanche. Muscat irringrazzjah għall-intervent tiegħu fil-każ tal-bastiment Aquarius.
Fit-telefonata iż-żewġ Prim Ministri tkellmu dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni u esprimew ix-xewqa li ż-żewġ pajjiżi jaħdmu b’mod bilaterali.
Dan sabiex tiġi diskussa din il-materja fuq livell Ewropew.
Il-Prim Ministru ġdid Spanjol Pedro Sanchez ħabbar li Spanja se tilqa’ l-vapur Aquarius wara nuqqas ta’ qbil bejn Malta u l-Italja.