Fi stqarrija, il-Prim Imħallef Mark Chetcuti bagħat apoloġija wara li l-camerapersons u l-fotografi, fosthom dawk ta’ ONE News, ma tħallewx jidħlu għas-seduta inawgurali tas-sena forensi. Intqal li dak li seħħ kien frott ta’ żball ġenwin.
Intqal li dan kien nuqqas ta’ komunikazzjoni, liema nuqqas wassal għal dak li seħħ u żġur ma kinitx l-intenzjoni tal-Prim Imħallef li jkun hemm tali projbizzjoni.
Intqal ukoll li fl-ebda sena, kemm ilu Prim Imħallef, ma saret xi projbizzjoni biex id-djar tal-midja lokali jattendu għas-seduta u jieħdu ritratti jew filmati tas-seduta.
AQRA WKOLL: