Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza Summit għall-Intraprendituri li qed jittella’ llum u għada f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan – li għalih qed jattendu mal-400 investitur minn madwar id-dinja.
Joseph Muscat tkellem dwar kif tul is-snin, Malta sfruttat il-potenzjal tagħha fid-diversi setturi rispettivi biex ġibdet lejha numru t’investimenti.
Qal ukoll li l-ekonomija ta’ pajjiżna, li qed tikber b’rati bla preċedent, dejjem kienet ibbażata fuq l-innovazzjoni.
Il-Prim Ministru rrimarka li l-problema ta’ Malta dejjem kienet il-viżibilità; u kien għalhekk li l-prijorità għall-Gvern Malti fl-aħħar snin kienet li dejjem jara li jiġbed lejh kull investiment possibli.